Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Write Deal Association

U Għexu Kuntenti Għal Dejjem ... And They Lived Happily Ever After

INTRODUZZJONI

L-Assoċjazzjoni Write Deal hi organizzazzjoni mhux governattiva li ġiet iffurmata fl-2011. Din hi magħmula minn professjonisti b'esperjenza f'oqsma differenti tal-arti (kittieba, riċerkaturi, artisti tal-istory-board, kompożituri, disinjaturi, animaturi, disinjaturi tal-grafika, mudellaturi u atturi li joffru l-vuċi tagħhom għall-awdjoviżiv) li jaħdmu flimkien sabiex:

  • Jikber l-għarfien pubbliku u politiku dwar suġġetti relatati mas-soċjetà u mal-ambjent permezz ta' xogħol awdjoviżiv u produzzjonijiet.
  • Jitħeġġeġ u jiżdied it-talent lokali Malti ta’ artisti tal-awdjo-viżiv (kittieba, riċerkaturi, artisti tal-istory-board, kompożituri, disinjaturi, animaturi, disinjaturi tal-grafika, mudellaturi u atturi li joffru l-vuċi tagħhom għall-awdjo-viżiv) u oħrajn.
  • Ikun hemm aktar edukazzjoni u trawwim tat-talenti tal-membri tagħha billi jkunu megħjuna fit-taħriġ tagħhom fis-sezzjonijiet individwali tagħhom.
  • Jiżdiedu r-riżorsi bil-Malti permezz ta' produzzjonijiet (cartoons, films, dokumentarji, pubblikazzjonijiet, eċċ) kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Dan kollu hu possibbli bis-saħħa tal-kreattività artistika, il-professjonalità, l-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-Assoċjazzjoni.

IMPORTANTI

Nibdlu s-soċjetà... Tifel tifel, tifla tifla...

Bħala Assoċjazzjoni, nemmnu li t-temi soċjali għandhom jiġu diskussi aktar mat-tfal sa minn età żgħira. Il-ħrejjef tradizzjonali hemm it-tendenza li nwassluhom lil uliedna kif għaddewhomlna, imma dawn jippreżentaw ideat li, fil-fatt, huma diskriminatorji. Dawn il-ħrejjef jistgħu, indirettament, irawmu fit-tfal sens ta’ intolleranza soċjali, razziżmu u diskriminazzjoni tal-ġeneru. Dan kollu jsarraf fi preġudizzji u diskors ta’ mibegħda fost it-tfal, li jibqgħu magħhom ukoll meta jikbru u jsiru ċittadini attivi.

Għalhekk, f'dan is-sit, il-ħrejjef qed jiġu ppreżentati b'mod ġdid, mingħajr ma tintilfilhom l-istorja oriġinali tagħhom.

Write Deal Association temmen li tista' tagħmel differenza fit-twassil tal-messaġġ.

Fl-aħħar, u żgur mhux l-inqas, ix-xogħol kollu relatat mal-cartoons qed isir minn artisti lokali.

0